Peppi Azzopardi jesprimi x-xewqa li jieqaf minn Xarabank! F'intervista li l-preżentatur kellu magħna ta' Gwida, Peppi stqarr li jixtieq li jagħmel affarijiet oħra meta mistoqsi b'mod dirett jekk jixtieqx jitlaq minn Xarabank.

Peppi magħna jistqarr, "Nixtieq nitlaq għax nixtieq nagħmel affarijiet oħra qabel jagħlaqli iċ-ċens... Mark illum ħa ħafna minn Xarabank f'idejh, bħalissa għadna tim li veru qed nieħu gost naħdem magħhom... taħlita ta' persuni ġodda ma' oħrajn ta' esperjenza, tiskanta x'toħloq dik it taħlita."

Ritratt: Facebook / Xarabank

Ngħidu kif inhi, jekk Mark jieħu t-tmun ta' Xarabank kompletament f'idejh żgur li jagħmel biċċa xogħol tajba ħafna. Kif rajna dan l-aħħar, il-programm baqa' miexi b'rimtmu mexxej u żgur li t-tim li hemm jaħdem fuq Xarabank ikompli bil-ħidma tiegħu sabiex jassigura li dan il-programm ikompli b'suċċess jekk Peppi jiddeċiedi li jitlaq kompletament!

Il-programm ilu aktar minn għoxrin sena għaddej. Kieku kellna nagħtukom għażla intom tippreferu lil Peppi jew lil Mark? Ivvutaw fil-poll t'hawn taħt ħa naraw x'jaħsbu l-qarrejja tagħna tal-Gwida.

Facebook / Xarabank


Emil Calleja Bayliss