Il-Kumpanija Teatru Rjal għadha kif harġet il-vidjo uffiċjali tal-Pantomima Maltija ta’ din is-sena ‘Is-Sleeping Beauty’ li hija mera ta’ dak li wieħed jistenna minn dan l-ispettaklu.
Novita oħra ġdida din is-sena hija kif tispiċċa s-serata tal-pantomima tal-31 ta’ Diċembru, il-mistednin se jkunu qed igawdu minn programm eċċezzjonali li jibda minn qabel il-pantomima u jitkompla sas-1:00 ta' filgħodu. Wieħed jista' jattendi separatament jew is-serata tal-pantomima biss jew l-afterparty biss, inkella it-tnejn flimkien.
Aqta’ l-biljetti llum għal lejl mimli divertiment, ikel u xorb provdut minn Xara Catering. Il-programm uffiċjali:
17:30 - 18:30 - Qabel il-Pantomima
- Buffet għat-Tfal
- Prosecco u canapés għall-adulti
19:00 - 22:15 - Il-Pantomima
- Is-Sleeping Beauty - Spettaklu għall-familja kollha!
22:15 - 01:00 - Ċelebrazzjoni għas-Sena l-Ġdida
- Għat-tfal: mini hot dog, pizza, doughnuts u free-flowing soft drinks, juice u ilma
- Għall-adulti: selezzjoni kbira ta’ cold, hot u dessert canapés u open bar.
Agħfas fuq is-sit għal aktar informazzjoni u ixtri l-biljetti minn hawn ktrmalta.com
Il-pantomima timxi għall-pass li jmiss!
Wara 22 sena ta’ suċċessi mill-ewwel rappreżentazzjoni tal-Pantomima tal-Milied bil-Malti fl-Istitut Kattoliku f’Diċembru tas-sena 2000, il-kumpanija Teatru Rjal ħasset li kellha tagħmel il-pass li jmiss… għall-ewwel darba l-pantomima se toħroġ mit-teatru tal-Istitut Kattoliku u se tkun qed issir fit-teatru prestiġjuż ta’ Dar il-Mediterran, fil-Belt Valletta, li wkoll, dan it-teatru maestuz se jkun qed jospita fih għall-ewwel darba spettaklu teatrali fil-ġeneru tal-Pantomima tal-Milied.
Qed jittellgħu diversi rappreżentazzjonijiet tal-Pantomima bil-Malti Sleeping Beauty, f'Dar Il-Mediterran!
- Il-Ħamis 26 ta’ Diċembru fis-14:30 u 19:30
- Il-Ġimgħa 27 ta’ Diċembru fis-19:30
- Il-Ħadd 29 fl-16:00
- It-Tnejn 30 fis-19:30
- It-Tlieta 31 ta’ Diċembru 2024 fis-19:00 Panto + After Party
Il-parti prinċipali, dik tad-dama, għas-seba’ sena tkun f’idejn l-attur bravu Rodney Gauci, isem li llum stabbilixxa ruħu ferm mal-udjenza tat-teatru, partikolarment dawk tal pantomima tal-kumpanija Teatru Rjal.
Flimkien ma Rodney, jieħdu sehem ukoll kantanti u atturi magħrufa bħal Clara Sciberras, Gorg Micallef, Brian Farrugia, Mariah, Lee-N, Petra, Rebecca Bilocca, Leah Mifsud, Jacob Piccinino, Matteo Camilleri Testa, Joseph Fenech, Luca Borg Pardo, Moses Galea u Beppe Calleja Tonna b’direzzjoni ta’ Bryan Muscat.
Il-Kinetic Dance Academy għall-għaxar sena konsekuttiva se jerġgħu ikunu protagonisti f’din il-pantomima. Il-mużika live ser terġa' tkun taħt id-direzzjoni tas-surmast Conrad Briffa, kif ukoll il-kostumi ġodda jerġgħu jiġu fdati f’idejn Loui Noir.
Importanti ukoll fi produzzjonijiet ta’ dan il-livell, huwa t-tim tal-makeup immexxi minn Verena Portelli u t-tim tagħha u dak tal-istage u props immexxija minn Joe Callus u t-tim tiegħu, kif ukoll numru kbir ta’ persuni oħra li għalkemm ma jidhrux – mingħajrhom ma jsir xejn.
Il-kumpanija Teatru Rjal qed tħabbar ukoll li din l-istess pantomima, bl-istess xenarju, l-istess atturi u l-istess kostumi, se tkun qed tittella’ wkoll f’dati differenti fit-teatru rinnovat tal- ORATORJU DON BOSCO fir-Rabat Għawdex:
- Is-Sibt 4 ta’ Jannar 2025 fis-19:30
- Il-Ħadd 5 ta’ Jannar 2025 fil-17:30
Il-booking għal dawn ir-rappreżentazzjonijiet kollha huwa miftuħ mill-website ktrmalta.com jew permezz tal-mobile 99476468.