Il-kantant u mużiċist Paul Giordimania qasam ritratt ta' meta hu flimkien ma’ Georgina rebħu s-selezzjoni Maltija għall-Eurovision, li dak iż-żmien kien jisimha Kanzunetta Maltija Għall-Ewropa (Malta Song for Europe).

Fir-ritratt, apparti lil Paul u Georgina nistgħu naraw lil Raymond Mahoney li kien l-awtur ta’ Could It Be, kif ukoll lil Paul Abela li kien il-kompożitur tal-kanzunetta u kien idderiġa l-orkestra wkoll.

Dan kien it-tieni dwett li rrapreżenta lil Malta fil-Eurovision, bl-ewwel wieħed ikun dak ta’ Helen u Joe bil-kanzunetta L-Imħabba fl-1972.

Is-sena li fiha rrapreżentaw lil Malta Paul u Georgina kienet timmarka r-ritorn ta’ Malta fil-Eurovision, hekk kif fl-1975, is-sena ta’ Renato, Malta ħadet waqfa ta’ 15-il sena.

Paul u Georgina kienu rnexxillhom jiksbu s-6 post fil-Eurovision tal-1991, edizzjoni li kienet saret ġewwa Cinecittà ġewwa Ruma fl-Italja.


Luke Borg