Il-player ta’ Juventus Paul Pogba, li kien parti mit-tim Franċiz li rebaħ il-World Cup li għaddiet se jkollu jitlef il-World Cup 2022.

Dan minħabba injury li ilu xhur għaddej biha u ma jista’ jirkupra minnha b’xejn. Fil-fatt, Pogba għadu ma labx logħba waħda f’dan l-istaġun ma’ Juventus, wara li għal darb’oħra, kif spiċċalu l-kuntratt ma’ Manchester United reġa’ ffirma mal-Bianconeri.

B’hekk, Franza se jkollhom żewġ midfielders titulari barra mill-iskwadra minħabba li, N’Golo Kante ta’ Chelsea wkoll qed isofri minn injury twila. Madankollu, dawn xorta waħda jistgħu jgħidu li għandhom in-nofs sod peress li għandhom players bħal Tchouemani u Camavinga.


Henzley  Bezzina