Joanne taqsam il-ħasda tagħha għall-mewt ta' Paul Cardona, xufier li ħalla din id-dinja fl-aħħar sigħat. Diversi nies qasmu x-xokk tagħhom u sellmu l-memorja għażiża tiegħu!
Hi bdiet billi kitbet, "Paul ħallejt lil kulħadd bla kliem. Qatt ma kont noħlom lil wara ftit ħin lil tkellimna fuq il-mobile jien qiegħda nikteb dawn il-kliem. Ħallejtna wisq żgħir. Bniedem dejjem tidħak kollox tieħu biċ-ċajt, jiġri x'jiġri l-kelma tiegħek kienet tkun issa, m'hiex x'tagħmel issa naraw."
Hi tkompli żżid, "Kont ukoll niftakar tgħidli hu naqra paċenzja bija għax jien nikteb kif inħoss u ġieli dħakna għax kont tikteb waħda min tiegħek. Bniedem ta' qalb tajba u umli, ħallejt wisq vojt. Grazzi ħafna tal-ħbiberija tiegħek."
Hi ttem tgħid, "Strieħ fis-sliem sakemm nerġgħu niltaqgħu. Kondoljanzi u kuraġġ lill-familja tiegħek."
Facebook / Paul Cardona