Ilbieraħ iċċelebra għeluq sninu l-attur Patrick Tanti li qed narawh fis-sensiela ta’ Rewind Productions li tixxandar kull nhar ta’ Tnejn F’Ġieħ L-Imħabba. Patrick Tanti lbieraħ iċċelebra għeluq it-36 sena tiegħu.

Ritratt: Facebook / Patrick Tanti

Riċentament lil Patrick rajnieh fil-produzzjoni għal festi ta’ Halloween Boo Factor imtella’ minn After Glow filwaqt li l-produzzjoni li jmiss tiegħu ħa tkunThe Goat, or who is it Sylvia? Imtella’ minn Upstart Productions Drama Company.

Aħna f’isem Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Patrick l-isbaħ xewqat għal din is-sena u dejjem. Awguri Patrick!


Emil Calleja Bayliss