Bħal ma ħafna jafu n-Notte Bianca ser tkun qed tirritorna fit-toroq tal-Belt Valletta. Dan wara li ma saritx minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

L-attur Joseph Galea xerred post fejn ta lis-segwaċi tiegħu ħjiel ta’ x’ser jistennew minn għandu u minn diversi atturi oħra fil-ġurnata tan-Notte Bianca. “PASTAŻUNI... u kif!!!”, kiteb Joseph fuq din il-post li tefa’. Hu kompla jikteb “dik il-lejla mużiko-letterarja ta’ wara l-10:00pm, ibbażata fuq kitbiet tal-pastaż Trevor Żahra, mill-psataż Joseph Galea u Ċikku l-Poplu, għal udjenza pastaża biss”. Din is-serata ser tkun fi Splendid House Strada Stretta.

Importanti li tkunu tafu li din is-serata hija għal dawk li għandhom minn 18-il sena ‘l fuq.


Henzley  Bezzina