Kull artist jieħu gost li wara x-xogħol kollu mimli determinazzjoni, sagrifiċċji u dedikazzjoni li jkun wera, jirċievi l-apprezzament b'diversi modi. Owen Luellen bħal artisti oħrajn għandu rendikont dettaljat tal-pjattaforma Spotify, li turi kif marru l-kanzunetti tiegħu. 

Ta' min isemmi li Owen għadu kif ħareġ l-ewwel album tiegħu matul din is-sena, u jidher li ntlaqa' mall-ewwel! "Spotify għalaq is-sena 2021... ftit passi 'l quddiem kull sena .. napprezza s-sapport b'mod ġenerali. U grazzi ħafna talli smajtu l-mużika tiegħi ripetutament."

Owen iħeġġeġ lis-segwaċi tiegħu biex jibqgħu isegwuh għal iktar kontenut ġdid. Nifirħu lil Owen tas-suċċess li kiseb!


Kyle Zarb