Mara tqila li waslilha l-mument biex teħles kellha x-xorti li magħha jkun hemm preżenti tabib u xi infermiera, li minnufih taw l-għajnuna professjonali tagħhom.

Lavinia "Lavi" Mounga kienet qed tivvjaġġa minn Salt Lake City lejn il-Hawaii fit-28 ta’ April li għadda għal vaganza tal-familja. Malli ħasset l-uġigħ, ħarġet talba urġenti għal tabib u minnufih wieġbu xi passiġġieri esperti.

"Madwar nofs it-titjira kien hemm telefonata ta’ emerġenza, u jien esperjenzajt dan qabel u ġeneralment huma pjuttost ċari jistaqsu jekk hemmx tabib abbord," qal Dale Glenn, tabib tal-mediċina tal-familja mill-Paċifiku tal-Hawaii. 

L-infermiera tal-kura intensiva Amanda u Mimi Ho għenu biex jgħinu fit-twelid tat-tarbija prematura ta’ Lavinia Mounga. Mingħajr tagħmir speċjali, il-grupp professjonali rnexxielhom jużaw il-lazzijiet taż-żraben biex jaqtgħu u jorbtu l-kurdun taż-żokra u smartwatch biex ikejlu r-rata tal-qalb tat-tarbija.

fd

Ritratt: Facebook/ The Jet Set

 Mument ta’ paniku sħiħ li spiċċa b’wiċċ il-ġid hekk kif it-tarbija twieldet qawwija u sħiħa. Il-persuni li jaħdmu fit-tim mediku li għenu lil din l-omm twelled, spiċċaw fuq nota emozzjonali, hekk kif qaltilhom li ser tibda tqishom bħala zijiet ta’ binha. 

Tassew jistħoqqilhom proset kbira lit-tabib u l-infermiera li wżaw il-kapaċitajiet professjonali tagħhom biex salvaw din it-tarbija! 

Facebook/ The Stripped Magnolia


Kyle Zarb