Dr. Lydia Abela għadha kif ħabbret li aktar kmieni llum seħħet xi ħaġa favur dawk kollha għaddejjin minn vjolenza domestika.
Fuq il-midja soċjali, Dr. Lydia żvelat: “Illum flimkien mal-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa u l-Ministru Byron Camilleri ħabbarna t-twaqqif tal-Gender Based and Domestic Violence Unit fi ħdan il-Korp tal-Pulizija. Pass importanti sabiex vittmi ta' vjolenza domestika jsibu l-għajnuna.”
“Ix-xogħol li qiegħed isir huwa kbir iżda għad fadal ħafna wkoll xi jsir. Inwiegħed li ser nibqa’ naħdem b'ħilti kollha sabiex ngħinu lil dawk li għaddejjin minn xi esperjenza ta' vjolenza domestika fis-skiet,” spiċċat hi.
Bħalma qalet Dr. Lydia, dan huwa pass verament meħtieġ - ejjew ma ninsewx lil dawn in-nies li forsi qed jintesew dan l-aħħar tant kemm sirna moħħna fil-pandemija.
Facebook/Lydia Abela