William Wylie Micallef huwa partitarju Malti tal-Juventus li għandu waħda mill-akbar kollezzjonijiet ta' artefatti tat-tim tal-Juventin, kif ukoll l-ikbar kollezzjoni fid-dinja ta' Gianluigi Buffon.

"It-3:00 u tirċievi messaġġ. Normalment ma tantx tieħu gost. Iżda kieku jkun messaġġ mingħand Gianluigi Buffon tagħlaq għajn waħda?" It-tim ta' Il-Kollezzjonist kiteb dan fuq il-paġna uffiċjali wara li żvela kif William kien irċieva messaġġ mingħand Buffon fit-3:00 wara li bagħat jawguralu.

William japprezza aktar dan il-messaġġ meta jaf li Buffon hu persuna li mhux daqstant midħla tal-midja soċjali. Skopri aktar dwar dan fil-filmat t'hawn taħt kif ukoll fil-programm tal-lejla fis-18:00 fuq Television Malta.


Kyle Zarb