Ir-residenti ta' San Ġwann u dawk li jgħaddu minnu tajjeb li jkunu infurmati li parti mit-triq prinċipali ħa tkun qed tingħalaq għada sabiex isiru xogħlijiet ta' manutenzjoni. Dan ġie mħabbar fuq il-paġna ta' Infrastructure Malta ftit tal-ħin ilu.

Huma kitbu, " Għada filgħaxija (il-Ġimgħa, 11 ta' Ġunju 2021), mis-7 ta' filgħaxija sal-5 tal-għada filgħodu, parti minn Triq in-Naxxar, f'San Ġwann, minn kantuniera ma' Triq il-Fuxa sa kantuniera ma' Triq il-Mensija, se tkun magħluqa għal xogħlijiet ta' manutenzjoni bil-lejl. Segwi t-tabelli lejn toroq oħra fl-inħawi, jew uża rotot alternattivi. Grazzi tal-koperazzjoni."

Ħudu ħsieb u avżaw lil min jgħaddi minn din it-triq!

Facebook / Infrastructure Malta


Emil Calleja Bayliss