Il-paġna ta' Facebook Maltese Roads Traffic Updates qasmet avviż mal-pubbliku li parti minn Triq il-Bajja tal-Għadira, fid-direzzjoni lejn iċ-Ċirkewwa tinsab mgħerrqa bl-ammont ta' xita li niżlet illum.  Għalhekk tajjeb li wieħed joqgħod b'seba' għajnejn waqt li jkun qiegħed isuq hawnhekk, inkella kemm jista' jkun jipprova jsib rotot alternattivi.  

Sfortunatament din hija triq ġdida u għadha kemm titlesta u għalhekk ħafna qegħdin jassumu li din il-problema oriġinat mill-fatt li ma ġietx installata sistema tad-dranaġġ kif suppost. 

MTRU

Facebook / Maltese Roads Traffic Updates


Marija Bellia