L-awdizzjonijiet għas-sensiela l-ġdida ta' Britain's Got Talent bdew b'mod makabru wara li wieħed mill-parteċipanti ta n-nar lil ras Simon Cowell.

Cowell ġie mistieden minn magician misterjuż biex ipoġġi fuq siġġu li kellu ssettjat fuq il-palk. Tefagħlu barnuża fuq rasu u tefa' l-lighter fluid fuqha. Ras Cowell kienet imsakkra ġo kaxxa li kienet miftuħa minn quddiem biex l-udjenza jkunu jistgħu jaraw x'kien qed jiġri ġo fiha.

Wara, twaqqgħet fjamma fuq il-kaxxa u ras Simon ħadet in-nar. Il-membru tal-udjenza għajtu bil-qatgħa u milli jidher, Cowell impattat sew minn din il-mossa waqt li l-fjamma kienet qed tintefa. Il-ġurati sħabu ħadu r-ruħ malli rawh jirritorna ħdejhom.

Skont The Mirror, Cowell ħass xi tip ta' likwidu qed jitferra fuqu, imma ma basarx li kien lighter fluid.

MyLondon.news & Talent Recap


Bradley Cachia