Il-paġna Health Promotion and Disease Prevention Directorate ippubblikat post fejn teduka lill-pubbliku dwar id-dijabete u kif persuna tista' tipprevjeni jew tittardja minnha.
Il-paġna tinforma li madwar wieħed minn kull erba' adulti Maltin jinsabu f'riskju li jiżviluppaw id-dijabete f'madwar ħames jew għaxar snin li jmiss. Għaldaqstant il-paġna tagħti parir ta' kif tista' tipprevjeni.
Dan jinkludi li persuna ssegwi dieta Mediterranja, iżżomm fl-iskeda tal-jum eżerċizzju regolari, kif ukoll taħdem biex kemm tista' titlef il-piż żejjed.
Għal aktar informazzjoni ikkuntatjana fuq il-helpline nutrizzjonali tagħna 8007 3307