Ottubru huwa x-xahar tal-ħarsien tal-kanċer tas-sider. Biex jikkommemora dan, l-istilista lokali Parascandolo ħareġ b’kollezzjoni flimkien ma’ PinkOctober fejn fiha naraw l-abbiljamenti tiegħu b’dehra kemmxejn differenti. Huwa għażel ċertu bċejjeċ mill-kollezzjoni tiegħu u biddlilhom il-kulur, u lewwinhom bil-kulur ikoniku tal-ħarsien tal-kanċer tas-sider – roża.

View this post on Instagram

A post shared by PARASCANDÅLO (@parascandalo) on

Parascandolo jiddedika din il-kollezzjoni lill-isuperstiti ta’ din il-marda, lil dawk li qedin jiġġildulha bħalissa, u kif ukoll lil dawk li sfortunatament ħallew lil din id-dinja b’kawża ta’ din il-marda. Li huwa interessanti hu li huwa ħareġ b’kollezzjoni dedikata kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa, sabiex tonqos l-istigma li dan il-kanċer jista' jaffettwa lin-nisa biss, fejn mhuwiex il-każ.

View this post on Instagram

A post shared by PARASCANDÅLO (@parascandalo) on

Minn fuq il-midja soċjali ta’ Parascandolo, jidher li hemm xi għajdut fuq sfilata, fejn it-tħabbira tagħha għandha sseħħ dalwaqt. Nistennew bir-reqqa għal x’għandu x’joffrilna dan l-istilist Malti.  


Gwida.mt