PARASCANDALO b'ferħ tħabbar kollaborazzjoni ġdida li ser ikollha ma’ E.LEMENTI, disinjatriċi fil-grafika magħrufa għax-xogħol emottiv u l-ispirtu komunitarju tagħha.

F'din il-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ artisti, ARTIST X PARASCANDALO, parti mid-dħul ser jingħata lill-attività annwali ta’ ġbir ta’ fondi L-Istrina, li tgħin lill-Malta Community Chest Fund biex tipprovdi appoġġ kritiku lill-pazjenti li jkunu qed jieħdu l-kura.

E.LEMENTI, li bdiet il-vjaġġ artistiku tagħha sitt snin ilu u kienet ħolqot l-inizjattiva E.LEMENTI Għall-Istrina tliet snin ilu, tara din il-kollaborazzjoni bħala waħda perfetta. Minkejja l-isfidi personali, hi ddedikata biex tagħti lura, toħloq xogħol li jolqot l-udjenza tagħha u jaspira għal bidla pożittiva.

Il-kollaborazzjoni ARTIST X PARASCANDALO ser isservi bħala kawża mill-qalb hekk kif ser iżewġu l-arti u l-karità flimkien għal futur isbaħ ta' bosta persuni li għaddejjin minn xi battalja.

Instagram/ parascandalo, e.lementi_cm, cheyennemuscat


Gwida.mt