Teatru fit-triq! Xejn isbaħ milli tqatta serata ddur postijiet mill-isbaħ ġo Bormla u tapprezza produzzjonijiet qosra b'uħud mill-aqwa artisti lokali. Sitt produzzjonijiet b'kollox kienu qed jittellgħu fil-Cospicua Short Play Festival u tista' tgħid li produzzjoni minnhom spikkat għal mod uniku li ġiet preżentata.
X’lejl li ma jintesiex! Pandemonju rebbaħ il-premju tal-Aqwa Produzzjoni, u kelli l-unur nirbaħ l-Aqwa Direttur fil-Festival tal-Qasir Cospiqua. Prosit kbir lil Frances Galea u Chris Camilleri għar-rebħ tal-Aqwa Attrċi u l-Aqwa Attur — x’tim inkredibbli! Grazzi mill-qalb lill-artisti kollha, il-professjonisti tat-teatru, l-organizzaturi, il-Kunsill Lokali ta’ Bormla, u fl-aħħar imma mhux l-inqas, lil @Jason Zerafa talli għamel din l-esperjenza waħda speċjali.
Pandemonju ta' Melise Mifsud Saliba ħadet il-premji tal-Aqwa Produzzjoni, l-Aqwa Attur, l-Aqwa Attriċi u l-Aqwa Direttur. Patrick Vella li kien fdat bid-direzzjoni ta' din il-produzzjoni jikteb, "Lejl li ma jintesiex! Pandemonju rebħet il-premju tal-Aqwa Produzzjoni, u kelli l-unur nirbaħ l-Aqwa Direttur fil-Cospicua Short Play Festival. Prosit kbira lil Frances Galea u Chris Camilleri għar-rebħ tal-Aqwa Attrċi u l-Aqwa Attur — x’tim inkredibbli!"
Hu jżid, "Grazzi mill-qalb lill-artisti kollha, il-professjonisti tat-teatru, l-organizzaturi, il-Kunsill Lokali ta’ Bormla, u fl-aħħar imma mhux l-inqas, lil @Jason Zerafa talli għamel din l-esperjenza waħda speċjali."
L-aqwa kitba ħaditha l-produzzjoni Il-Bank L-Abjad ta' Gilbert Mallia u Noah Attard Munro. Il-premju tal-aqwa attriċi fit-tieni post ħaditu Kelly Peplow u l-aqwa attur fit-tieni post ħadu Yurgen Ciantar għall-istess produzzjoni.
Il-premju tal-aqwa attriċi fit-tielet post mar għal Leah Mifsud għall-produzzjoni Dawra Li Ma Tiqafx, u l-premju tal-aqwa attur fit-tielet post mar għal Andre' Penza għall-produzzjoni In-Naħa L-Oħra! Awguri u prosit lil kull min ħa sehem.