Għat-tieġ tal-kantanta u l-għalliema tal-kant Pamela, flimkien ma’ żewġha talbu ħaġa waħda biss lill-mistednin! Din kienet li ma jdoqqu l-ebda marċ tal-festa! Iżda dawn m’obdewx!

Minkejja dak li qaltilhom, sħabha tal-qalb tagħha ddeċidew li xorta jkantaw parti żgħira mill-marċ tal-festa! Lalajlalajlalajlalila!! U għaliex le? Xi ġmiel! X’atmosfera tal-ġenn!

Il-kantant u ħabib tal-qalb ta’ Pamela, Glen Vella qalilha li ma setgħux jirreżistu milli jkantaw l-innu tal-marċ! Apparti minn hekk, qalilha li kien tard u wara ħafna xorb! Kemm jidher li kien hemm gost!

B’ċajta qalet lil sħabha li xorta għadha tħobbhom! Pamela tellgħet dan il-filmat biex tqanqal il-memorji tal-isbaħ ġurnata ta’ ħajjithom! Ninsabu ċerti li din il-ġurnata kienet mill-isbaħ, kemm għaliha, kif ukoll għall-mistednin kollha!

Facebook / Pamela Bezzina


Yasmin Camilleri