Il-kantanta Pamela Bezzina qasmet l-opinjoni tagħha fuq kwistjoni taħraq li għaddejja bħalissa, dik tal-mina bejn Malta u Għawdex.

Pamela stqarret:

Aħbar ta’ dieqa kbira. Deċiżjoni egoista u distruttiva, li fl-opinjoni tiegħi, mhi qatt fl-interess tal-Għawdxin jew tal-Maltin, iżda tal-kbarat!

U jidher li din qas biss hi mistoqsija! Ir-raba’ vapur għamel differenza kbira fl-opinjoni tiegħi, u ejja naċċettaw il-fatt li jekk wieħed jagħżel li jgħix Għawdex, wieħed ikun għażel li jitbiegħed minn Malta għal raġuni…allura għalfejn qed nippruvaw inqarrbuhom aktar?

 

Il-maġġoranza tal-kummenti kienu favur dak li illi qalet Pamela, b’ħafna jgħidu li l-karatteristiċi li bħalissa għanda l-gżira t’Għawdex ser jintilfu u ser tigi estenzjoni ta’ Malta.

Inti taqbel mal-mina proposta ta’ 13-il kilometru bejn Għawdex u Malta?


Luke Borg