Il-kantanta Pamela Bezzina illum ħabbret l-istudio version tad-diska li kienet kitbet, ikkomponiet u kantat lir-raġel tagħha Alex Debono fil-jum tat-tieġ tagħhom li seħħ fil-15 ta’ Diċembru 2018.


Fil-video uffiċjali tal-kanzunetta, jidher kif Pamela kienet tagħat sorpriża lil Alex quddiem il-mistednin tat-tieġ tagħhom kollha. Hi tidher li għafset il-qlub ta’ kulħadd preżenti bil-liriki personali relatati mal-passat tal-imħabba tagħha.


Fost il-kliem personali, Pamela tinstema’ tgħid:


"... U lili nnifsi kkonvinċejt
Li ma stajtx inħobb
Li ma nafx inħobb..."

Iżda l-kanzunetta malajr tinqeleb għal waħda pożittiva hekk kif Pamela tiżvela:

"... Sakemm tfaċċajt int,
U ħsiebi biddiltli ta' taħt fuq
Għax jien m'emmintx
Li xi darba nista nduq
L-emozzjonijiet..."

Fuq il-paġna tagħha fuq Facebook, Pamela irringrazzjat lil bosta nies, fosthom lil Glenn Vella  li kien parti mis-sorpriża kif ukoll backing vocalist tad-diska uffiċjali. F'isem it-tim tal-Gwida, aħna nixtiequ nawguraw lil Pamela u lil Alex l-isbaħ xewqat u imħabba għal dejjem! 

Matt Hush/Hush Studios


Nicole Barbara