Kemm il-Ministru Chris Fearne kif ukoll il-Professur Charmaine Gauci qalu li Malta hija waħda mill-aqwa pajjiżi fejn jidħol it-tilqim tal-vaċċin tal-Coronavirus. Imma l-mistoqsija hi fejn tiklassifika Malta ħdejn il-pajjiżi Ewropej l-oħra u anke madwar id-dinja.

Dalgħodu, Chris Fearne xered statistika li turi kif qed isir it-tilqim għal kull 100 persuna fil-pajjiżi tal-Ewropa u Malta ġiet klassifikata fit-tieni post wara d-Danimarka.

Tajjeb li ngħidu wkoll li madwar id-dinja kollha Malta hija klassifikata fis-seba’ post fejn jidħol tilqim tal-Covid-19.

Grazzi lill-istaff mediku kollu tax-xogħol li qed iwettaq.


Henzley  Bezzina