Malta u Għawdex se jkunu fil-qalba tas-serje internazzjonali l-ġdida Falcon, b'atturi famużi bħal Peter Andre, Noah Huntley, Victoria Ekanoye, u Daniel Coll. Din is-sensiela se tkun fi stil thriller u ser tiffoka fuq il-gżejjer sbieħ ta' Malta u Għawdex, fejn il-ġbid ħa jkun kollu f'pajjiżna u se tiġi esposta l-isbuħija, l-istorja, u l-kultura unika tagħna.

Is-sensiela Falcon hi deskritta bħala taħlita bejn Indiana Jones u The Da Vinci Code, ssegwi lil Greg Falcon (interpretat minn Noah Huntley) li jiskopri konfoffa online waqt btala f’Malta u Għawdex. B'għajnuna mill-Professur Victoria Bassey (Victoria Ekanoye), isibu misteru antik li jwassalhom jieħdu passi kontra Hector Laidlaw (Peter Andre), influencer perikoluż u affaxxinanti.

Il-produttur u attur Daniel Coll esprima l-eċitament tiegħu li Malta u Għawdex se jkunu fil-qalba tas-serje. Huwa faħħar lil pajjiżna għall-mod uniku ta' storja u modernità u kif dan se jkun benefiċċju mhux biss għas-sensiela imma wkoll għat-turiżmu u l-ħolqien tax-xogħol.

Minbarra l-atturi internazzjonali, is-serje se tinkludi talent lokali Malti, bi pjanijiet biex jiġu inkorporati aktar atturi Maltin f'episodji futuri. Falcon hija proġett fit-tul bi pjanijiet għal tmien episodji kull sena, li se jkompli jippromwovi lil Malta u Għawdex fix-xena internazzjonali.

Titħajru tibdew isgewuha?


Emil Calleja Bayliss