Mil-lum, fl-erbgħa ta’ wara nofsinhar, fin-Norveġja se jkunu qed jitneħħew ir-restrizzjonijiet u l-miżuri kollha li ttieħdu minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

Il-Prim Ministru tan-Norveġja, Erna Solberg, qalet “għaddew 561 ġurnata minn meta introduċejna l-aktar miżuri ħorox fin-Norveġja. Issa wasal iż-żmien biex nirritornaw għall-ħajja normali”.

B’hekk ir-ristoranti u n-night clubs se jkunu qed jiftħu għal kulħadd, jidħu kemm iridu nies fil-grounds tal-isport u l-Gvern mhux se jkun qed jagħti parir biex wieħed ma jivjaġġax f’postijiet barra mill-Ewropa.

Taħsbu li Malta għandna nagħmlu l-istess u mmorru lura kompletament għall-ħajja normali?


Henzley  Bezzina