Fuq il-profil ta’ Facebook tiegħu, il-kantant famuż Ozzy Lino ħabbar li fadal sena sakemm jiżżewweġ lit-tfajla tiegħu, Kimberley Manicaro. Hu pproponielha fil-31 ta’ Jannar ta’ din is-sena.

Ilbieraħ, Lino kiteb: “Jibda l-countdown… Fadal sena għall-ġurnata speċjali tagħna.” Dan ifisser li Lino se jiżżewweġ fl-20 ta’ Diċembru 2020!

Awguri lil din il-koppja ħelwa li min jaf kemm huma ħerqana biex iwettqu dan il-pjan tant speċjali f’ħajjithom.


Nicole Barbara