Ilbieraħ żgur li kienet ġurnata sabiħa għar-rapper Malti Owen Leuellen u l-familja tiegħu. Fuq il-profil ta’ Instagram tiegħu Owen żvela li oħtu Donna kienet għadha kif xtrat tifel!
Ritratt: Instagram/@owenleuellenofficial
Owen qal li din hija l-aqwa ħaġa li qatt ġrat lill-familja tiegħu. Lit-tifel, li semmewh Max, sejjaħlu stilla żgħira li għadha kif ġiet ġo din id-dinja.
Waqt li kien l-isptar biex jara lil oħtu, Owen ħa l-opportunità wkoll biex iżur tifel li kien qiegħed jingħata l-kura fir-rainbow ward. Owen qal li jħossu tajjeb iferraħ lil xi ħadd speċjalment waqt li dik il-persuna tkun għaddejja minn mumenti diffiċli f’ħajjitha.
Owen temm billi jgħid: “Nispera li xi wħud minnkom issibu iżjed ħin biex ixxerrdu l-imħabba u tferrħu lin-nies.”
Instagram/@owenleuellenofficial