Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha fuq facebook, l-attriċi Stefania Attard Vella qasmet mas-segwaċi tagħha kelmtejn tal-qsim il-qalb hekk kif kitbet dwar persuna għażiża immens għaliha li sfortunatament ħalliet din id-dinja ħames snin ilu. Din hija oħta Mariel, li sfortunatament ħallietna ħames snin ilu prorpju fix-xahar ta’ Ottubru.
Hi qalet, “Ottubru għalija jfisser niket, uġigħ fil-qalb u memorji koroh għax ħames snin ilu tliftek għal dejjem, għażiża oħti. Huwa diffiċli ħafna ngħix mingħajrek, mingħajr ma narak, nisma’ leħnek, nitkellem miegħek, inħaddnek, u naqsmu l-ħajja flimkien. Se nżomm għal dejjem it-tifkiriet sbieħ tiegħek u dak li ħallejt warajk. Inħobbok u nimmissjak, oħt.”
Facebook/Stefania Attard Vella