Mill-iskeda l-ġdida ħa jkun qed jibda l-programm bl-isem ta' Backstage.tv u l-kunċett hu wieħed li żgur se jinżel tajjeb mat-telespettaturi Maltin. Fil-filmat t'hawn taħt tistgħu taraw u tifhmu aħjar x'għandkom tistennew u xi tridu tagħmlu jekk jinteressakom tidħlu għalih!

Iżda ħa jkun hemm opportunità unika għall-artisti lokali. Fuq il-mezzi soċjali tiegħu Gordon jikteb, "Int kantant? Solist? Għandek band? Trid tiġi ssemmalna l-mużika tiegħek live hawnhekk fl-istudios ta' Backstage.tv? Ħa toħroġ kanzunetta ġdida? Forsi għandek xi music video u trid taqsmu mat-telespetaturi? Jien naf?!!"

Gordon ikompli, "Forsi trid tfakkarna fil-kanzunetta tiegħek li ħriġt żmien ilu??? Żmien ilu mhux bilfors is-sena l-oħra jew riċenti... anke fis-snin 00's ,90’s 80’s70’s! L-aqwa li mużika lokali! Ibgħatilna issa fuq [email protected]."

Facebook / Gordon Bonello


Emil Calleja Bayliss