Il-kantant lokali Franklin Calleja ħabbar fuq il-paġna tiegħu li akkumpanja kantanti Maltin għal kompetizzjoni ġewwa l-Maċedonja. Il-kantanti kantaw kanzunetti Maltin u kisbu riżultati mill-isbaħ wara li kkompetew bihom.
"Jien kburi ħafna bil-kantanti tagħna! Amber Gatt spiċċat l-ewwel bil-kanzunetta Unika, oriġinarjament interpretata mill-brillanti Kylie Coleiro. Krystal Grixti ħadet ukoll l-ewwel premju bil-kanzunetta Jien ma' nahdimx, li oriġinarjament kienet interpretata mill-brava Karen DeBattista."
Franklin ikompli, "Prosit ukoll lill-għażiża tagħna Daniela Vassallo, li kisbet it-tieni post fil-kategorija tagħha." Franklin jesprimi kemm hu kburi li l-kantanti kantaw bil-lingwa Maltija, u li niżlu tajjeb ħafna tant li rebħu darbtejn.
"Onorat li ġejna fl-ewwel post bil-lingwa Maltija tagħna! Għax m'għandna xejn inqas minn ħaddieħor!," jikteb Franklin.
Prosti f'isem it-tim ta' Gwida.mt!