Hekk kif bħalissa ċ-ċkejkna Kate tinsab għaddejja minn ċerti sfidi peress li qed tagħmel xi terapiji, hi tistqarr fuq il-mezzi soċjali li llum madankollu kellha ġurnata speċjali wara li ommha u missierha tawha sorpriża mill-isbaħ.

"Kelli l-opportunità niltaqa' ma' żewġ karattri li jiena tant nammira," kitbet iċ-ċkejkna li tispjega kif illum għaliha kienet "ġurnata li tibqa' tiftakarha".

"Żfint u ħadt ir-ritratti," saħqet iċ-ċkejkna li dehret kuntenta mmens bis-sorpriża.

Prosit tassew!


Cristian Tonna