Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Ftit Minn Kollox qasmu mas-segwaċi tagħhom kelmtejn rigward storja tal-Milied.
Huma qalu, “Din is-siġra tal-Milied kienet merfugħa ġo kaxxa fid-dar t'ommi. Ommi ġiet nieqsa din is-sena, u kienet tħobbu ħafna l-Milied. Kienet tibda żżejjen id-dar minn kmieni ħalli tgawdi t-tiżjin, u fil-Milied tistedinna għandha ħalli nqattgħuh flimkien. Is-siġra tal-Milied kienet tispikka fost it-tiżjin kollu, peress li kienet tpoġġiha fl-intrata tad-dar.”
Żiedu, “Taħt is-siġra ommi kienet tqiegħed ir-rigali li tkun xtrat lilna. Minkejja li kibret u moħħha ħfief, ma kienet tinsa lil ħadd! Din is-sena ma kellix moħħ inżejjen id-dar tiegħi għall-Milied, iżda mbagħad iddeċidejt li nżejjen is-siġra tal-Milied li kienet ta' ommi, għax tqanqalli wisq memorji. Naf fiċ-ċert li ommi minn fejn qiegħda, xtaqitni nżejjen u tridni ngawdi l-Milied kif kienet tħobb tagħmel hi. Bezzjoni ma ... nispera li għoġbitek is-siġra kif żejjintha jiena.”