Ħafna jafuha titkellem fuq l-isbuħija tax-xahar, fuq l-arti fuq id-dwiefer u l-irtokk. Iżda kien proprju llum li Sue Caruana tkellmet fuq suġġett partikolari li ilu jaffetwaha. Sue tistqarr li kien pass diffiċli li kellha tagħmel f'ħajjitha biex tasal s'hawn.
Tlett snin ilu ddeċidiet li twaqqaf relazzjoni tagħha li kienet ilha għaddeja 19-il sena. Għalkemm tgħid li kien hemm mumenti ta' ferħ iżda dawn kieku rarità. "Ħsib li dik kienet ħajti, dak kien miktub għalija" tikteb Sue. Iżda mhux sakemm iltaqgħet ma' ħabiba tagħha li għenitha toħroġ minn din il-problema, mhux talli hekk talli ssapportjat lilha u lit-tfal tagħha.
Ma kinitx faċli għal Sue u jiddispjaċiha meta taf li ommha stess għadha ma aċċettathiex. "Ommi għadha ma aċċettatniex u qatt mhu ser tagħmel dan" tgħid Sue. Għall-bidu kienet tħossha f'ansjetà kbira, iżda bis-saħħa ta' TikTok titlaqa' ma filmat li bidlilha ħajjitha. Bdiet tieħu ħsieb saħħitha u tagħmel dak kollu li xtaqet tagħmel f'ħajjitha.
Sue tħeġġeġ lil dawk kollha li qatt mhu tard wisq. L-istorja ta' Sue taf taspira lil ħafna għax kif persuna li tkun qiegħda fil-qiegħ, b'sempliċi messaġġ pożittiv għolliet u tinsab tajba. Nawgurawlek Sue jkollok il-kuntentizza li tixtieq qalbek, int kif int!