Omm qasmet iż-żewġ ismijiet ispirati minn Disney li għażlet għal bintha tat-twelid, iżda mhux kulħadd għoġbitu d-deċiżjoni tagħha filwaqt li xi wħud qalu li l-isem huwa 'tajjeb għal xi qattus' jew inkella 'tajjeb għal xi kelb'.

L-omm żvelat li hi kienet għażlet li ssemmi lil bintha Aurora Maleficent, bl-ewwel isem tieħdu ispirazzjoni mill-isem reali ta' Sleeping Beauty, u l-isem tan-nofs tagħha huwa l-karattru tat-titlu fil-film tal-2014 tal-istess isem, li jirrakkonta l-istorja ta' Sleeping Beauty mill-aspett tal-antagonist.

Filwaqt li lkoll nafu li int dejjem liberu li ssemmi lil ibnek jew bintek dak li trid, m'għandekx tiġi ġġudikata għall-għażliet tiegħek, ħafna kummenti fuq il-post li ħarġet fuq Reddit kienu mħawda - peress li ma setgħux jifhmu l-idea wara li ssemmi t-tarbija wara l- protagonist u antagonist tal-istess storja.

Oħrajn qalu li jifhmu l-għażla ta' Aurora iżda ma jistgħux jifhmu l-għażla ta' Maleficient li l-kelma proprja tfisser “jikkawża ħsara jew qerda, speċjalment b’mezzi sopranaturali”. Insomma mhux l-ewwel darba li smajna b'xi isem stramb.

Għandek xi ismijiet strambi li smajt u għoġbuk jew inkella vera dejquk?


Emil Calleja Bayliss