Geraldine Ellul Magri rebħet is-seba' edizzjoni tal-konkors Mrs. Malta 2020 li sar ilbieraħ filgħaxija. Geraldine hija omm ta' 3 itfal mis-Siġġiewi.

Dlonk bdew deħlin messaġġi ta' awguri fuq facebook fosthom mis-Sindku tas-Siġġiewi Dominic Grech.

fit-tieni post ikklassifikat Nadine Cuschieri li kellha t-titlu ta' Mrs. Rabat u fit-tielet post; Shaline Pullicini; Mrs. Imrieħel.

Geraldine issa ser ikollha l-opportunità li tirrapreżenta lil Malta fil-Konkors Mrs. World 2021. Din is-serata ttellgħet minn Ivan Gaffiero fost spettaklu mill-isbaħ ta' moda u talent mill-aqwa.

Awguri Geraldine mingħandna ta' Gwida.mt!

Ritratt: Facebook/ Robert De Carlo


Clifford Galea