"Ommi ħarġet mid-dar waqt li kont qiegħda xogħol u ibni kien qed jinħasel. Hija għandha d-dimensja u għalhekk ma tiftakarx fejn tgħix. Jekk jogħġbok ċempilli fuq 9901 8179 jekk taraha. Grazzi."

Ritratt: Facebook / Charlotte Dimech

Hi tkompli tgħid: "hi timxi sew minkejja li għandha stikka u għalhekk setgħet imxiet ħafna s'issa." Hi toqgħod San Ġiljan allura jekk xi ħadd jgħix fl-akwati u jaraha għandu jagħmel kuntatt ma' bintha Charlotte b'mod immedjat!

Is-Sinjura jisimha Vivienne u qed jingħad li l-aħħar li ntlemħet kien lejn il-Gżira u l-Imsida. Importanti li min għandu xi informazzjoni jew jaraha jagħmel kuntatt mal-familjari tagħha.


Emil Calleja Bayliss