Fuq il-profil tiegħu l-kunsilleri Ray Azzopardi sellem il-memorja ta' mara maħbuba immens u li kienet ta' eżempju għal kulħadd. Ray isemmi fost il-kwalitajiet sbieħ li għandha Patricia Grima, li sforunatament ħalliet din id-dinja.
"Ser norqdu b’aħbar ħażina. Ħallietna Patricia Grima. Mara eżemplari mill-aktar. Mara ta' ftit kliem imma l-kliem ikun meqjus. Omm li rabbiet familja sabiħa u bi prinċipji sodi. Insellimlek Patricia. Ħu ħsieb lill-familja li ħallejt warajk. Kondoljanzi lill-familja kollha."
Strieħ fis-sliem Patricia. It-tim ta' Gwida.mt isellem il-memorja tagħha.