Jacob, magħruf bħala Titanium man, kellu jqatta’ xhur twal l-isptar għall-kura minħabba li ġie dijagnos bis-sinusitis, kellu ħafna kumplikazzjonijiet u anke kellu jagħmel tlett operazzjonijiet f’rasu. Iżda madanakollu, hu baqa’ determinat u llum il-ġurnata qed juża l-esperjenza tiegħu biex jagħmel ħafna ġid.
Omm Jacob, Sarah Cachia, kitbet paragrafu li jfakkar kemm Peanut, il-kelb li ħallihom jumejn ilu, kien importanti biex jgħinhom jibqgħu b’saħħitom matul il-vjaġġ twil l-isptar.
Hi kitbet, "11 -il sena ilu meta Jacob kien ma jiflaħx l-isptar u kont noqgħod ħdejh, kont niġi d-dar biex 'nlaħħaq max-xogħol tad-dar' iżda vil-verita’ kont nintelaq fuq is-sodda ta’ Jacob u nibki. Peanut kien jiġi jaqbeż fuq is-sodda u jilgħab miegħi sakemm infissdu. Meta kont nagħmel hekk, id-dmugħ kien jibda jinxef. Illum, meta fissidtu għall-aħħar darba, ħsibt li forsi qed intaffilu l-uġigħ hekk kif hu taffa tiegħi snin ilu.”
Jacob min-naħa tiegħu kiteb, “Meta mort norqod il-lejl li għadda ħassejt xi ħaġa tiċċaqlaq fuq is-sodda, u nittama li dak kien Peanut jgħidli li qed iħossu tajjeb u qiegħed ħdejja.”
Il-klieb huma verament l-ikbar ħbieb tal-bniedem. Filfatt il-kelb Peanut kien anke l-ispirazzjoni wara l-kabina tal-annimali f’mater dei. Kondoljanzi lil Jacob u l-familja tiegħu, Peanut ma jintesa qatt!
Facebook / Jacob Cachia