Omm il-personalità storbjuża iżda maħbuba mmens Joe Tanti, għalqet 90 sena. Dan ħabbru permezz ta' ritratt mal-familja li tella' Joe fuq il-facebook tiegħu. Joe Tanti huwa preżentatur ċelebri, xandar fuq ir-radju, attur fuq it-televiżjoni u l-lista ta' talenti tiegħu ma jieqfux.

Joe huwa miżżewweġ lil Michelle Tanti u għandhom lil Andrew, Liam u Julian. Huma jgħixu fil-gżira Għawdxija li hija għal qalbhom ħafna. Joe Tanti apparti dak kollu li jagħmel f'ħajtu huwa wkoll innamrat mal-istorja ta' Malta. L-enerġija pożittiva hija r-riflessjoni tal-ħajja ta' kuljum għal Joe, tant li anke fuq facebook bħala deskrizzjoni, insibu dan il-kliem miktub. Awguri Joe u wisq iżjed lill-mamà tiegħek!

Ritratt: Facebook/ Joe Tanti


Clifford Galea