Gaia toħroġ il-filmat tal-kanzunetta Why Should I? u dan jidher li ġibed l-attenzjoni ta' bosta ammiraturi tal-kantanta hekk kif il-filmat diġà ġie ixxerjat minn ħafna fuq il-midja soċjali. Il-bidla fl-immaġini tal-kantanta żgur li ġibdet l-għajn u l-filmat u wieħed mill-aqwa.
Fir-ritratt li qed taraw hawn fuq, il-kantanta kellha tim sħiħ wara d-dehra tagħha - l-istilista Gary Bugeja li hu magħruf sew għad-dehriet moderni tiegħu bi ħwejjeġ mingħand Lusso u irtokk ta' Amanda Greaves. Ċertament li d-dehra hi importanti ferm!
Il-kumment ta' omm Gaia li kitbet ftit qabel ħareġ il-filmat ġibdilna l-attenzjoni, Joanne qaltilha: "Ħdimna ħafna għal ġurnata tal-lum u naf kemm int ħerqana għal dan il-jum. F'għajnejja int stilla dejjem, jiġri x'jiġri. Int l-hena u l-kuntentizza tiegħi. Vera kburija bik!"
Ngħiduha kif inhi, għandha biex ukoll għax il-filmat u l-kanzunetta huma ta' livell eċċelenti. Inċidentalment Gaia bħalissa qiegħda ġewwa Londra, flimkien ma' Kevin Paul u Elton Zarb, fejn nimmaġinaw qed ikomplu jaħdmu fuq materjal ġdid.
Gaia kitbet il-kanzunetta tagħha flimkien ma' Kevin Paul bi produzzjoni ta' Siconix. Nistqarru li ninsabu ħerqana sabiex naraw biex ħa toħroġ Gaia fil-ġimgħat u xhur li ġejjin. Il-futur jidher li hu ferm sabiħ għal din it-tfajla! Awguri Gaia!
Gary Bugeja