Luke Dalli lbieraħ kiteb messaġġ mill-qalb għal persuna importanti f'ħajtu u waħda min-nisa l-iktar speċjali għalih, l-imħabba ta' ħajtu. Ilbieraħ iċċelebrat għeluq sninha.

"Illum niċċelebraw dil-ġawhra. Mara b’qalb tad-deheb, determinata u dedikata għal dak li ġiet mogħtija mill-ħajja. Omm eċċezzjonali u l-akbar rigal li qatt irċevejt f'ħajti. Min jaf, imqar ftit, lil Svet jaf li dan mhux kliem tal-okkażjoni imma verità sagrosanta."

Jagħlaq il-messaġġ bil-kelma sabiħa, "Inħobbuk", f'isem il-familja kollha. Awguri mill-qalb!


Kyle Zarb