X'aħbar sabiħa! Il-kantanta li rrapreżentat lil Malta fl-2007 bil-kanzunetta 'Vertigo', Olivia Lewis għadha kemm ħabbret li saret omm iċ-ċkejkna Aiza.

Missier it-tarbija u l-partner ta' Olivia Lewis, Yussif ġibed ritratt sabiħ tal-familja ġdida. "L-imħabba ta' ħajti, It-tifla tiegħi, il-barka minn Alla, kemm aħna grati" kitbu l-ġenituri fuq ir-ritratt ta' binthom. Fil-konkors, 'Mużika Mużika', Olivia Lewis kienet preżenti fil-finali u hemmhekk kienet żvelat li qed tistenna l-ewwel tarbija tagħha.

Minn qalbna, f'isem Gwida.mt nawguraw l-isbaħ xewqat lill-familja ta' Olivia Lewis. Merħba fid-dinja Aiza, għadek ma tafx kemm ommok hija kantanta mill-ifjen u kemm għandek għalxiex tkun kburija biha!


Kyle Zarb