"Erġajt bdejt!!!!", kiteb Oliver Scicluna fuq facebook. U hekk ħsibna verament imma mbagħad il-vers ta' wara jgħid li dan il-filmat li ttella' jgħodd 10 snin.

Semma u faħħar lil martu li kienet tkun bilqiegħda ħdejh tistenna li jlesti s-sessjoni ta' taħriġ. "Dejjem hemm kienet bil-paċenzja!", stqarr Oliver filwaqt li rringrazzja lil sieħbu Julian li qasam miegħu dan il-filmat għaliex ġeddidlu bosta memorji u ħbiberiji.

Niftakruk tipprattika Oliver. Dejjem immeraviljajtna bil-kapaċitajiet tiegħek!

Ritratt: Facebook/ Times of Malta


Clifford Galea