Fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġużepp, Festa Pubblika nhar l-Erbgħa, 19 ta’ Marzu, Old Motors Club Malta ser jorganizza The Dar Tal-Providenza Charity Static Show annwali tiegħu.

Għal darb'oħra, il-Membri tal-Old Motors Club ser jinġabru fil-parkeġġ tad-Dar Tal-Providenza fis-Siġġiewi biex juru l-Karozzi Vintage u Klassiċi tagħhom.

L-għan li jinkisru r-rekords, li jsir impatt sinifikanti, li jinġabru l-akbar numru ta' karozzi, jattiraw folla kbira, u l-aktar importanti, jinġabar l-aktar ammont sinifikanti ta' fondi li qatt inġabar. Dawn il-fondi jiġu ppreżentati lil Dun Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar Tal-Providenza, fi tmiem ta l-attivita.

Motorsport 1

L-esperjenzi uniċi li Old Motors Club prepara għal waqt The Dar Tal-Providenza Charity Static Show ta' din is-sena, apparti l-wirja ta' karozzi vintage u klassiċi, ser ikun hemm karozzi tal-linja vintage li tista tmur dawra biha, car boot sale, u rkant ta' karozza għall-karità.

Karozza tal-linja Vintage

Il-membru tal-Old Motors Club Reniel Pisani, kontra donazzjoni lill-istess Dar Tal-Providenza, se jkun qed jieħu lil dawk kollha interessati għal dawra fuq xarabank tat-tip Bedford OB Bus tan-1940s. Il-membru tal-Old Motors Club John Magri se jkun qed jieħu ħsieb żona riservata għal dawk interessati li jieħdu sehem fil-car boot sale.

Motorsport 2

Għal min hu interessat fil- Car Boot Sale għandu jikkuntattja lil John Magri fuq 99880376. In-Novità għal din is-sena hija l-irkant ta’ karozza klassika.

Membru veteran tal-Old Motors Club qed jagħti b’donazzjoni MG Midget tiegħu biex tiġi rkantat biex jinkisbu fondi għad-Dar Tal-Providenza. Għal aktar dettalji, ikkuntattja lil Aldo Pace, il-koordinatur tal-avvenimenti ta’ Old Motors Club, fuq 79047473.


Gwida.mt