L-attur Charles Sammut, li bħalissa qed narawh fost l-oħrajn waqt is-sensiela Irbaħt il-Lottu, għadu kemm kiseb suċċess ieħor fl-istudji tiegħu. Fil-fatt Charles ħabbar fuq il-midja soċjali li huwa gradwat tal-PhD ġewwa l-Università ta' Kent, f'Cadbury. 

Charles jinsab grat li issa qed jiċċelebra din l-okkażjoni kif suppost, u seta' jigradwa fl-Università stess. "Nittama li ommi u missieri qed jarawni", spiċċa l- messaġġ tiegħu.

It-tbissima fuq wiċċu hi prova ċara tas-sodisfazzjon u l-kuntentizza li bix-xieraq qed iħoss bħalissa. Il-kummenti bl-awgurju tan-nies ma naqsux fuq ir-ritratt li tefa' liebes it-toga.

Awguri minn qalbna Charles! Nixtiqulek aktar suċċessi!


Kyle Zarb