Lisa Losca, li welldet tewmin ilbieraħ għadha kif qasmet l-ewwel ritratt tagħha flimkien mat-trabi l-ġodda tagħha.

“Biċ-ċkejknin tiegħi”, qalet Lisa, flimkien ma’ ritratt tagħha l-isptar waqt li kienet qed tredda’ lil binha u lil bintha f'daqqa. Hija kompliet billi qasmet ukoll l-ismijiet sbieħ li hi u r-raġel Byron taw lit-tewmin – Oliver u Sienna.

View this post on Instagram

A post shared by Lisa Losco (@loscolisa)

It-tnejn huma tassew ixxurtjati li għandhom lil Lisa u Byron bħala ġenituri, flimkien ma’ Ira u Jacqui bħala zijiet! U ovvjament, min jista’ jinsa liċ-ċkejkna Scarlette, it-tifla l-kbira ta’ Lisa, li aħna żgur li hija super eċitata li saret oħt il-kbira!

Mill-ġdid nawguraw minn qalbna lil Lisa u Byron għall-wasla eċċitanti tat-tewmin tagħkom!

Instagram / Lisa Losco


Emil Calleja Bayliss