Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Teatru Manoel qasmu mas-segwaċi tagħhom aħbar tal-qsim il-qalb fejn ħabbru li ħalla din id-dinja kollega tagħhom.
Bdew billi qalu, “b’dieqa kbira u qalbna maqsuma, nixtiequ ninfurmawkom bil-mewt tal-kollega u ħabib tagħna Marco li ħalliena llum 22 ta’ Lulju 2024. Marco kien diżinjatur tas-settijiet professjonali u l-kontribuzzjoni tiegħu lejn it-teatru matul ħafna snin hija bla valur. Teatru Manoel jixtieq jestendi l-kondoljanzi tiegżu lill-familjari u lill-ħbieb tiegħu.”
Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari, lill-ħbieb u lill-kollegi kollha tiegħu. Jistrieh fis-sliem.