“Illum, 15 ta’ Diċembru 2023, oħtna Sr Beniamina Portelli marret tiltaqa’ mal-Ħallieq tagħha,” kitbu s-Sorijiet Agostinjani fuq Facebook.
Żiedu, “Grazzi Sr Beniamina tal-eżempju ta’ perseveranza tiegħek b’mod partikolari fil-mard. Grazzi ta’ ħajja mgħixha b’mod sħiħ, ibbilanċjata tant tajjeb bejn il-missjoni tiegħek u l-ħajja komunitarja. Grazzi b’mod partikolari ħafna tal-ħidma tiegħek fil-qasam tal-mużika, kontribut li minnu gawdiet mhux biss il-Kongregazzjoni imma anki pajjiżna. Ħa jilqgħek fi ħdanu Dak li seraqlek qalbek u għaliH tajt ħajtek.”
Temmew billi ħabbru li l-“funeral se jsir nhar it-Tnejn 18 ta’ Diċembru 2023 fil-Knisja tal-Patrijiet Agostinjani Ħal Tarxien fit-15:00.”