Madonna tibda kunċert 3 sigħat u nofs tard. Il-ġimgħa l-kunċert ta' Madonna fit-teatru Colosseum f'Las Vegas kellu jibda fit-8:30pm u qabel 12:05am ma bediex. Kulħadd baqa' jistenna!

It-tweġiba tal-fans tagħha: "She's the Queen. She can afford it!" Oħrajn qalu, "Like always she taught us a lesson". Imma x'lezzjoni kienet? Min jobsor li ħa jmur kunċert u jispiċċa jieħu lezzjoni!

Kull min attenda tteħidlu l-mobile mad-dħul u b'hekk kulħadd kellu jqatta' l-ħin jissoċjalizza ma' dawk ta' madwaru.  Donnu ma tantx kellhom għażla! Min jaf jekk bdietx il-kunċert tard apposta!?

Facebook / Madonna


Deo Grech