Aktar kmieni llum id-Deaf People Association – Malta, fuq il-Facebook tagħhom tellgħet filmat bla kliem jew diskors. Dan minħabba l-fatt li dan il-filmat ġie kreat appuntu mill-Għaqda tal-Persuni Neqsin mis-Smigħ flimkien mal-Kunsill tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija, bil-parteċipazzjoni ta’ diversi politiċi u personalitajiet.
Għalhekk, il-messaġġ sabiex noqgħodu d-dar, li diversi personalitajiet u politiċi, bħall-Prim ministru Robert Abela, l-kap tal-oppożizzjoni, Dr. Adrian Delia, Dr. Charmaine Gauci, Ira Losco, Valentina Rossi u aktar għaddew, kien bil-lingwa tas-sinjali. Filmat bħal dan jimlik bil-kuraġġ meta tara diversi nies differenti, b’fehmiet u opinjonijiet differenti, jingħaqdu flimkien sabiex iwasslu messaġġ importanti.
Facebook/Deaf People Association – Malta