Kemm hu sabiħ li niċċajtaw ftit u wisq iktar li niċċajtaw bina nfusna u nferrħu lil ħaddieħor. Hekk tagħmel Norma Cristina; bint il-mibkija Vitorin Galea. Ħadet sew mill-karattru ta' ommha. U bix-xieraq hux! Fil-fatt Norma Cristina tefgħet ritratt fuq facebook li turi lili nnifisha liebsa lbies reliġjuż waqt reċta tas-Sur Gawdenz Bilocca li saret snin ilu.

Ritratt: Facebook/ Norma Cristina

Tista' tgħid li bħal ommha, għexet ħajjitha fuq il-palk, kienet ukoll għalliema fl-iskola tal-Lily of the Valley tal-Mosta u dejjem titfa' xi ċajta biex tikser l-ordni tal-jum. Tista' tgħid li Norma hija maħbuba minn kulħadd anke għall-ispontanjetà fil-karattru tagħha.

Kien hemm żmien ukoll li għaddiet minn żmien iebes iżda baqgħet pożittiva u għażlet li titkellem pubblikament biex anke tagħmel kuraġġ lil ħaddieħor. Minn qalbna nawgurawlek l-isbaħ affarijiet tul ħajtek Norma. Ibqa' kif int!

Ritratt: Facebook/ Norma Cristina


Clifford Galea